Back to All Events

Diski Ghall - Hmir (Album Launch)

Diski Ghall - Hmir (Album Launches)

20 ta' Ġunju - Il Barri Restaurant - 20:30hrs (Mġarr)
22 ta' Ġunju - Offbeat Music Bar - 21:30hrs (Valletta)
24 ta' Ġunju - Alka Restaurant - 20:00hrs (Wied Iż-Żurrieq)
Aħseb kmieni. F'dawn il-ħinijiet il-Mjaw jibda!

Biljetti - https://shop.trackagescheme.com/event/diski-ghall-hmir-tnedija/

Prezz - €5.75


Diski Għall-Ħmir huwa album ta' ħdax il-diska bil-lingwa Maltija. Huwa album ġeneruż li jifhem id-diffikultajiet umani tal-Maltin u l-Għawdxin fil-waqt li jpoġġi quddiemhom, mingħajr ħafna delikatezza, l-illużjonijiet u l-banalitajiet li qegħdin joħonqu l-isbaħ karatteristiċi tagħna bħala poplu u bħala individwi.

Il-'Launch' ta' l-album ser iseħħ fi tlett postijiet u dati differenti għal kumdita' u l-pjaċir tagħkom. Konxji fuq it-traffiku li hawn illum, u l-pass mgħaġġel tal-ħajja moderna, nħossu li din hija ideja tajba.

Ukoll, nixtiequ noħolqu atmosfera kemm xejn intima, b'udjenza żgħira mdawra mall-Mjaw u l-kitarra tiegħu. Dan forsi jgħin biex nidħku, nħossu, u nagħmlu esperjenza aktar awtentika ta' dawn id-diski umani u mqarbin.

F'kull data il-MJAW se jdoqq verżjoni mneżża u intima tad-diski kollha li hemm fuq l-album.

Ovvjament, Diski Għall-Ħmir ser ikun għall-bejgħ bi prezz imraħħas għall-okkażjoni.

Il-biljetti huma limitati ħafna. Aħseb kmieni.